Fl-ewwel logħba tal-Ħadd, Sliema Wanderers komplew fejn ħallew matul is-sena 2023 meta kif mistenni kontra Gudja United huma rebħu 3 – 0 biex b’hekk żammew il-pass mal-leaders Floriana u Hamrun Spartans rispettivament.
Minkejja r-rebħa, ma’ kienet xejn faċli għal Wanderers biex jegħlbu lil Gudja bit-temp xejn ma’ jagħmila faċli liż-żewġ timijiet.
Sliema ħadu l-inizjattiva wara biss sitt minuti meta Awad fajjar xutt li Justin Spiteri salva b’diffikulta.
Mill-ġdid Sliema li jippruvaw ikunu perikolużi man-nofs siegħa logħob meta mill-ġdid Mohamed Awad mid-distanza ra l-konklużjoni tiegħu tmurlu kemm kemm għoli.
Ħames minuti qabel l-interval Sliema jmorru fil-vantaġġ meta minn corner, kien Micallef li dendel il-ballun fil-kaxxa u Joachim Adukor irnexxilu jsib ix-xibka u jpoġġi lill-Wanderers fil-vantaġġ.
Sliema komplew fuq lis-stess ritmu fit-tieni 45 minuta meta wara għaxar minuti logħob Samuel Gomes Da Mata b’konklużjoni żbaljata li ma waslet għal ebda periklu.
Wara numru ta’ sostituzzjonijiet miż-żewġ kowċis, kellna nistennew sat-tmenin minuta sabiex assistejna għal azzjoni oħra denja ta’ nota bit-tim ta’ Sliema jirduppjaw l-iskor. Kien cross ta’ Lydon Micallef u Geoffrey Acheampong bir-ras għamel l-iskor 2 – 0 wara li tefa’ l-ballun fix-xibka.
Żewġ minuti wara Gudja spiċċaw jilgħabu b’plejer anqas meta Walter Serrano intwera t-tieni karta safra.
Sliema bl-aħħar tentattiv minuta mit-tmiem fejn f’azzjoni ta’ kontra attakk il-konklużjoni ta’ Jake Engerer għaddiet barra.
Referee: Alex Johnson
BOV Plejer tal-Logħba: Lydon Micallef (Sliema W)