Bi tħejjija għall-partita ta’ ħbiberija bejn il-klabbs rinomati tal-futbol tan-nisa ta’ Manchester United u PSV Eindhoven f’pajjiżna l-Ġimgħa, ONE segwa parti mit-taħriġ intensiv tal-plejers fit-training grounds tal-MFA, waqt li l-kowċis rispettivi indikaw x’qed jistennew minn dan il-konfront tal-ogħla livell f’Malta.
Hekk kif din hi t-tieni darba li t-tim tal-futbol tan-nisa ta’ Manchester United jinsabu fostna, il-kowċ tat-tim ta’ Machester United, Marc Skinner, faħħar u ddeskriva lil Malta bħala pajjiż mill-isbaħ imżewwaq bl-aqwa karatteristiċi.
Waqt li fakkar kif, waqt iż-żjara tagħhom is-sena l-oħra, kienu żaru lis-Supporters Club tal-Manchester United f’Santa Venera, l-aktar wieħed antik fid-dinja, semma wkoll l-ospitalità li sabu hawn u l-kollaborazzjoni mill-awtoritajiet Maltin, partikolarment l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu permezz tal-brand tagħha VisitMalta.
“It’s a perfect island, beautiful people, wonderful, welcome kind of spirit for us and so this coupled with weather we don’t usually get, this is just perfect temperature for English people because we don’t melt but actually, we can get ourselves into a good spirit. It’s a fantastic place and we love our partnership with Visit Malta.”
Marc Skinner
Mal-mikrofonu ta’ ONE, tkellem ukoll il-kowċ ta’ PSV Eindhoven, Roeland ten Berge, fejn stqarr magħna dwar x’qiegħed jistenna mill-partita ta’ ħbiberija t’għada.
“Hopefully we see a very good match, with two teams we play very good football, from a good organization and I expect some goals maybe alot of goals. We both want to attack and I expect a great game.”
Roeland Ten Berge
Il-partita bejn PSV Eindhoven u Manchester United se tintlagħab il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar fl-Istadium Tony Bezzina, f’Raħal Ġdid, mis-6:00 ta’ filgħaxija ’l quddiem.