Ħames persuni tilfu ħajjithom fil-Ġappun, wara ħabta bejn ajruplan tal-passiġġieri u ajruplan li kien qed iġorr ħaddiema tal-gwardja tal-kosta.
L-ajruplan tal-passiġġieri, parti mill-flotta tal-Japan Airlines, ħa n-nar wara li niżel fuq ir-runway fl-ajruport ta’ Haneda, fil-belt kapitali tal-Ġappun, Tokyo.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-passiġġieri u l-ekwipaġġ abbord l-ajruplan tal-passiġġieri, li kienu jammontaw għal 379, ġew evakwati.
L-ajruplani, inqerdu kawża tan-nirien.
L-ajruplan tal-passiġġieri, kien telaq minn Hokkaido, fit-Tramuntana tal-Ġappun.