Fi ftit iżjed minn tliet ġimgħat, f’dawn iż-żminijiet ta’ festi nġabru aktar minn seba’ miljun u nofs ewro.
Dawn il-flus inġabru f’erba’ maratoni, li jsiru kull sena, bejn l-għaxra ta’ Diċembru tas-sena l-oħra u l-ewwel ġurnata tas-sena l-ġdida.
L-akbar wirja’ ta’ ġenerożità ntweriet l-għada tal-Milied, f’edizzjoni oħra tal-Istrina, fejn inġabru aktar minn €5,279,000.
Fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida, fil-maratona annwali b’risq id-Dar tal-Providenza nġabru akbar minn €1,520,517.
Waqt li fl-għaxra ta’ Diċembru ż-żewġ partiti politiċi bejniethom ġabru ftit aktar minn €707,636. Il-Partit Laburista ġabar aktar minn €445,364, waqt li l-Partit Nazzjonalista ġabar €262,272.
Il-ġbir f’dan iż-żmien ta’ festi kien aħjar minn dak miġbur fiż-żmien ta’ festi s-sena l-oħra. Dan hekk kif is-sena l-oħra fi żmien il-festi nġabru aktar minn seba’ miljuni u mitt elf ewro. Din tfisser żieda ta’ tliet mija u ħamsa u tletin elf ewro, meta mqabbel mas-sena l-oħra.