Il-grupp internazzjonali Vengaboys wasal Malta s-Sibt wara nofsinhar fejn se jkun il-mistieden speċjali għall-attività ta’ lejliet l-Ewwel tas-Sena, fir-Rabat, Għawdex.
Vengaboys huma popolari minħabba diversi suċessi mużikali fis-snin disgħin. Fost dawn insibu id-diski “We Like to Party”, “Boom, Boom, Boom, Boom!!”, u “We’re Going to Ibiza”, li t-tnejn tal-aħħar kienu saħansitra telgħu fuq nett tal-klassifika fir-Renju Unit.
Mal-wasla tagħhom f’pajjiżna, ma’ ONE News stqarrew kif pajjiżna impressjonahom. Qalulna li t-temp f’Malta żgur li huwa ħafna aħjar minn tal-Olanda.
Huma qalulna li jinsabu eċitati għall-kuncert ta’ għada fejn mistennija li jagħtu spettaklu mill-aqwa lejliet l-ewwel tas-sena.
Qalu, “I think it’s going to be a nice party. I heard that the queue is very long already so a lot of people of the main island are coming to Gozo so we are coming as well. I think a lot of people are expecting us because on our way on the aeroplane in the little booklet, it was written that the New Year’s Party of Gozo, there’s one beautiful Eurodance artists and that’s us. Everybody know with us and we are happy.”
Il-grupp Vengaboys se jkun l-attrazzjoni prinċipali waqt kunċert mill-isbaħ fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat, Għawdex bis-sehem ta’ għadd ta’ artisti Maltin fosthom DCapitals Big Band, Micimago, Ryan Spiteri, Clint Bajada u Ozzy Lino.