Salah Sabar, ta’ 19-il sena, u Mutez Ferjani, ta’ 20 sena, mil-Libja, wieġbu mhux ħatja għall-akkużi ta’ serq bi vjolenza.
L-allegat każ seħħ fis-sittax ta’ Diċembru, meta ż-żewġ imputati kkawżaw ġrieħi gravi u żammew persuna kontra r-rieda tagħha biex jisirquh, permezz ta’ arma taqta’ u bil-ponta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-somma misruqa, hija bejn wieħed u ieħor, ta’ elfejn u tliet mija u tletin ewro.
Iż-żewġ imputati ġew mixlija li l-Ħamis li għadda, huma serqu persuna waqt li kienu fuq tal-linja.
Fil-Qorti, ma saret ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u b’hekk huma nżammu arrestati.