Il-Qorti Suprema Amerikana ta’ Michigan, m’aċċetatx l-attentat sabiex jitneħħa l-eks President Amerikan, Donald Trump, mill-polza tal-vot, għall-elezzjoni presidenzjali tal-2024.
Din id-deċiżjoni tmur kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema ta’ Colorado, li neħħiet lil Trump minn fuq il-polza primarja, minħabba l-irwol tiegħu fl-irvellijiet li seħħu f’Capitol Hill, nhar is-6 ta’ Jannar, fl-2021. Dik id-deċiżjoni ġiet imwaqqfa permezz ta’ appell li sar.
Għall-kuntrarju ta’ dak li ġara f’Colorado, il-kawża f’Michigan, qatt ma laħqet l-istadju ta’ ġuri, hekk kif ingħalqet fi stadju bikri.
Imħallef fi ħdan il-Qorti ta’ Michigan, qal li l-liġi ma tagħtix uffiċjali tal-elezzjonijiet is-setgħa li jgħassu l-eliġibilità tal-kandidati għall-elezzjonijiet presidenzjali.