Il-Ministeru għad-Difiża Russu kkonferma li attakk mill-forzi tal-ajru Ukreni kkawża ħsara fuq vapur Russu fil-Baħar l-Iswed.
Din il-konferma waslet wara li l-kap tal-forzi tal-ajru Ukreni qal li l-ajruplani kienu għerrqu l-vapur.
Il-forzi Russi qed jgħidu li persuna nqatlet kawża tal-attakk filwaqt li sitt binjiet ta’ residenti viċin fejn seħħ l-attakk fil-Krimea sofrew minn ħsarat u r-residenti ttieħdu f’ċentri tal-akkomodazzjoni b’mod temporanju.
Ingħad ukoll li l-operat fil-port fejn kien il-vapur reġa’ lura għan-normal minkejja li nħakem minn nirien kawża tal-isplużjoni.