Bħal kull sena, l-għada tal-Milied, ONE jingħaqad mal-festa ta’ solidarjetà u jxandar l-Istrina. L-Erbgħa 27 ta’ Diċembru jkomplu x-xandiriet u l-programmi speċjali relatati ma’ dawn iż-żminijiet, infatti f’12pm jitwassal il-film bil-malti IL-MILIED TA’ SCROOGE u fis-1:40pm il-kunċert imtella’ mis-Soċjeta’ Peace tan-Naxxar A NIGHT AT THE MUSICALS.
Wara domanda minn bosta presepisti u anke segwaċi oħra, fit-8:35pm ser jerġa’ jintwera’ d-dokumentarju esklussiv NATIVITY:THE ART OF MALTESE CRIB-MAKING segwit minn edizzjoni addattat għal dawn iż-żminijiet ta’ THE LOCAL TRAVELLER.
Il-Ħamis 28 ta’ Diċembru f’12pm ser terġa’ tixxandar ŻEŻA TAL-FLAGSHIP filwaqt li fit-8:35pm se jitwassal l-aħħar programm għal din l-iskeda GRAN BAZAAR b’edizzjoni ddedikata mat-tfal.
Il-Ġimgħa 29 ta’ Diċembru f’12pm l-ispettaklu DANCE AROUND THE WORLD filwaqt li fl-10pm dokumentarju interessanti IL-ĠERĦA TAS-SOLITUDINI
Is-Sibt 30 ta’ Diċembru fit-2:45pm se jixxandar IL-KUNĊERT KOMMEMORATTIV PAOLINO VASSALLO, filwaqt li l-Ħadd 31 ta’ Diċembru, Lejlet l-ewwel tas-Sena fid-9am, edizzjoni oħra speċjali ta’ THE MORNING MIX ma’ Pierre Borg, Charles Marsh u Josef Caruana. Filgħaxija, fl-aħħar mumenti tas-sena 2023, fit-8:35pm OPERA IN THE CITY, il-kunċert tat-3 tenuri, filwaqt li għall-10:30pm ONE jingħaqad b’mod dirett maċ-ċelebrazzjonijet tal-ewwel tas-sena mill-Belt Kapitali.