“F’lejl ta’ xitwa ġewwa Betlem f’kesħa kbira, f’għar miftuħ. Daħlet Omm u welldet iben qalb il-bhejjem li saħħnuh.”
Kliem il-poeta Malti Dun Frans Camilleri f’innu tradizzjonali u magħruf, li jitkanta fil-knejjes u kunċerti f’dawn iż-żmijiet tal-Milied u li jirrakkonta t-twelid fqir ta’ Ġesù Bambin ġo għar “fuq tiben f’maxtura”, elfejn sena ilu.
Iżda bħal donnu l-kesħa u s-skiet li domminaw il-lejl qaddis li fih twieled dak, li tlieta u tletin sena wara nqatel biex isalva lill-poplu, qed jerġa’ jieħu l-forma f’dak li qed iseħħ bħalissa ftit kilometri ’l bogħod minn fejn il-Kattoliċi jemmnu li twieled Ġesu bambin – Betlem.
Il-gwerra bejn Iżrael u l-Hamas, li s’issa ħasdet il-ħajja ta’ aktar minn għoxrin elf persuna, inkluż eluf ta’ nisa u tfal, wasslet biex fil-post li ta’ kull sena f’dawn iż-żminijiet jara eluf ta’ pellegrini insara jżuruh biex ifakkru l-ġrajja tat-twelid ta’ Ġesu, din is-sena jkun ikkaraterizzat biss mill-baħħ, dwejjaq, uġigħ tal-qalb, biża’, dmija, kriżi ekonomika u solitudni.
Dan ikkonfermah f’kumment esklussiv ma’ ONE NEWS, l-Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Betlem, Fr. Rami Asakrieh, fejn qal kif bħala turija ta’ solidarjetà mal-poplu Palestinjan li qed jinqatel bl-addoċċ mill-militar Iżraeljan fl-istrixxa ta’ Gaza, iddeċidew li b’mod estern ma jiġi ċċelebrat l-ebda ferħ tal-Milied, iżda b’mod sempliċi tiġi ċċelebrata l-quddies fil-Knisja li fiha hemm il-maxtura ta’ Ġesu Bambin.
Qal, “Christmas looks different this year with the war and sadness, the victims around. Bad economic situation caused by the war no tourists left in Betlehem people left without jobs. We cancelled the celebrations outside in the streets no lights and ornaments and music.”
Dan l-istazzjon irnexxielu wkoll jagħmel kuntatt mal-Ministru għat-Turiżmu Palestinjana Rula Maayah li viżibbilment emozzjonata spjegat kif din is-sena fil-post li ironikament fih ġara dak li d-dinja kollha qed tiċċelebra bħalissa, ma hemm l-ebda atmosfera ta’ Milied.
Stqarr, “The whole world is celebrating Christmas this year, but not in Bethlehem, the birthplace of Jesus Christ. Bethlehem is receiving Christmas in Sorrow and pain, the suffering of the Palestinian People in Gaza and Palestine. We usually celebrate Christmas with tourists from all over the world, but this year no celebrations no tourists nothing.”
Fejn it-tnejn li huma s-soltu f’dawn iż-żminijiet iwasslu l-messaġġi annwali ta’ awgurju, din is-sena il-messaġġ kien differenti. Dak biex b’mod immedjat jieqaf il-ġlied u terġa’ tirrenja l-paċi.
Fr Rami: “Pray for peace so he can illuminate with his light for decision leaders, so they change and stop the war and think about the people”
Mayyah: “Our message for the world is to stop the war, aggression on Gaza. The Palestinian people has the right to live in freedom like all other nations of the world.”
Intant, minn mindu bdiet il-gwerra, il-poplu Malti u Għawdxi, meta ġie msejjaħ, wera l-qalb ġeneruża tiegħu mal-Palestinjani f’Gaza.
Fost l-oħrajn, il-Parroċċa tax-Xagħra f’Għawdex waqt in-Novena bi preparazzjoni għal żmien il-Milied, ġabret somma sabiħa ta’ flus li se tmur għal dawk milquta mill-gwerra.