L-iskeda ta’ ONE għal dawn iż-żminijiet tkun waħda speċjali u addattata skont iż-żminijiet. Mill-24 ta’ Diċembru, minn lejlet il-Milied ‘il quddiem l-iskeda għas-segwaċi tinbidel xi ftit bi programm speċjali u oħrajn differenti.
Infatti fid-9am, Pierre Borg, Josef Caruana u Charles Marsh jingħaqdu għal edizzjoni speċjali ta’ THE MORNING MIX
Fis-6:15pm ONE b’mod esklussiv ser ixxandar id-dokumentarju internazzjonali bbażżat u ffilmjat f’pajjiżna li jagħti ħarsa lejn it-tradizzjonijiet, b’mod partikolari l-arti tal-presepju. NATIVITY: THE ART OF MALTESE CRIB-MAKING hija produzzjoni Kanadiża li tidħol fil-fond ta’ dak li kapaċi nagħmlu aħna l-Maltin.
Fit-8:35pm, IL-PRIETKA TAL-MILIED b’differenza b’kunċert minn Amber u b’intervisti interessanti li se jwassluna sal-10:15pm fejn f’dak il-ħin f’xandira diretta tixxandar il-QUDDIESA TA’ LEJLET IL-MILIED.
Nhar il-Milied, fl-9:40am l-istorja ħelwa għat-tfal KLOPPER U L-VJAĠĠATURI, filwaqt li wara għall-10am il-kunċert li sar ftit tal-jiem ilu, CAROLS IN CONCERT. Għal ħin l-ikel, f’11:45am fuq talba popolari ser jixxandar il-kunċert bijografiku MARY SPITERI: MY LIFE segwit mill-ispetaklu taż-żfin imtella’ minn Kinetic Dance Academy DANCE AROUND THE WORLD.
Fil-4:45pm, ŻEŻA TAL-FLAGSHIP b’mod esklussiv għas-segwaċi ta’ ONE, l-aħħar rappreżentazzjoni li ttellgħet fit-Teatru Manoel filwaqt li fit-8:10pm edizzjoni speċjali ta’ MANICOLO&CO segwita minn edizzjoni speċjali ta’ THE MALTA’S ULTIMATE TATTOO CHALLENGE.