MFPA rebħu t-tieni edizzjoni tad-David Cluett Memorial Cup meta fil-finali għelbu lil Hibernians Veterans 3-1.
Kienet logħba ferm bilanċjata fil-bidu fejn iż-żewġ naħat kellhom difiżi tajbin bil-goalkeepers rispettivi Etienne Scicluna għal MFPA u Clinton Camilleri għal Hibernians ferm attenti bejn il-lasti rispettivi tagħhom.
Ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, MFPA marru minn fuq permezz ta’ Stephen Wellman li ra l-frikik fil-baxx tiegħu u b’saħħtu jegħleb lil Camilleri.
Fit-tieni taqsima, MFPA baqgħu konsistenti u rduppjaw l-iskor permezz ta’ Alexander Ribic li rċieva tajjeb mingħand Thomas Paris qabel ma xeħet il-ballun ġewwa.
Hibernians daħlu fil-logħba wara li Ilia Nazarov avvanza mil-lemin u b’xutt fil-baxx għamilhom 2-1.
Minkejja kollox, MFPA kienu determinati li jirbħu din il-kompetizzjoni u skorjaw it-tielet gowl meta kien Alexander Ribic li ħa vantaġġ minn kontrattakk veloċi li qabdet lid-difiża Pawlista fuq sieq waħda.
Fi tmiem il-konfront, il-captain ta’ MFPA Carlo Mamo ġie ppreżentat bit-tazza rebbieħa fost il-ferħ tal-plejers sħabu.