Marco Farrugia ta’ 49 sena residenti Bormla tressaq il-Qorti wara li ġie mixli li fis-sigħat bikrin tad-19 ta’ Diċembru ta n-nar lil xi bins, f’Raħal Ġdid.
Hu kien mixli wkoll li kkawża ħsara volontarja għad-detriment tal-kumpanija GreenPak.
Fi stqarrija tal-Pulizija ntqal kif wara li ġew elevati filmati mill-kameras tas-sigurtà li qabdu l-każ u lill-imputat jaħrab minn fuq il-post. Farrugia, li jaħdem bħala fattiga, ġie ntraċċat mill-Pulizija bil-kosegwenza li ġie arrestat l-Erbgħa filgħodu f’Raħal Ġdid.
Farrugia, rappreżentat minn avukat tal-għanuna legali, ma kkontestax il-validità tal-arrest filwaqt li wieġeb li hu ħati tal-akkużi.
Wara li semgħet it-tratazzjoni, il-Qorti kkundannatu għal sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ordnatlu jħallas is-somma ta’ €4,900 f’danni fuq perjodu ta’ tlett snin.