Numru sabiħ ta’ 1,800 atleta irreġistraw sa issa sabiex jieħdu sehem fid-39 edizzjoni tal-Maratona ta’ Malta, li se ssir fil-25 ta’ Frar 2024. Informazzjoni fuq dan l-avveniment importanti ingħata l-Ġimgħa wara nofs-in nhar f’konferenza tal-aħbarijiet li ġiet indirizzata mill-Ministru tal-Edukazzjoni u Sport l-Onor Clifton Grima, l-organizzatur Joe Micallef, ir-rappreżentant tal-Ministeru għat-Turiżmu Darren Aquilina u Paolo Catalfamo Chairmain ta’ LifeStar, li huwa l-isponsor ewlieni.
525 atleta huma maltin, 120 huma barranin li jgħixu Malta filwaqt li 1,150 huma barranin li se jkunu qed jiġu Malta għal din il-Maratona. L-atleti barranin se jkunu ġejjin minn madwar 70 pajjiż. Huwa previst li n-numru totali ta’ parteċipanti jaqbeż it-3,000 atleta.
Fost il-barranin se jkun hemm ir-rebbieħ tal-aħħar edizzjoni, il-marokkin Redouan Nouiri li se jkun qed jipprova jikser ir-rekord imwaqqaf minnu stess ta’ 2: 13: 18.
Għall-ewwel darba, l-organizzaturi tal-Maratona ta’ Malta stiednu atleta femminili professjonali sabiex tieħu sehem. Din hija l-marokkina Rabab Halbi.
Mistieden speċjali ghall-edizzjoni li jmiss ta’ din il-Maratona se jkun l-ex champion tad-dinja u ex captain tat-team nazzjonali taljan Osvaldo Faustini.
Ir-record holder tal-Maratona, Jemima Farley se terġa tieħu sehem u tibda fost il-favoriti għar-rebħ.
Fost l-aleti maltin hemm Andrew Grech, li kien l-ewwel malti fl-aħħar maratona li saret.