Bosta rekords ġodda waqt il-15 -il edizzjoni tal-Joe Gerada Memorial li sar fil-Matthew Micallef St John Track il-Marsa fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena ħadu sehem 261 atleta fid-dixxiplini Track & Field. Preżenti wkoll 21 atleta mill-Polonja.
Spikka fost oħrajn, l-atleta ta’ Pembroke, Jacques Borġ hekk kif kiser ir-rekords ta’ taħt l-14 il-sena fl-Sprints fuq id-distanzi ta’ 60m u 300m. Huwa kellu ħinijiet ta’ 7.56s u 38.77s rispettivament.
Atleta ieħor ta’ Pembroke, Athleta Daniel Saliba rebaħ it-tiġrija Open tat-300m Hurdles b’ħin ta’ 40.47s. Permezz ta’ dan il-ħin huwa kiser ir-rekord li kien waqqaf huwa stess 11 il-sena ilu.
F’din l-istess tiġrija inkissru wkoll ir-rekords U20 u U23 mill-atleta ta’ Savio A.C., Jordan Pace b’ħin ta’ 42.19s.
Żewġ rekords oħra ġew miksura fit-3000m Open. Gabriel Farrugia ta’ Evolve E.C. waqqaf rekord ġdid U20 hekk kif spiċċa fit-tieni post b’ħin ta’ 8m 40.2s. Min-naħa tiegħu l-atleta żagħżugħ ta’ Pembroke Athleta Michael Debattista Segond waqqaf rekord ġdid U18 b’ħin ta’ 8m 48.48s
L-Atleta ta’ Pembroke, Carla Scicluna spikkat fl-Sprint ta’ 300m b’ħin ta’ 39.36s
Min-naħa tagħha, l-atleta ta’ Mellieha A.C., Sarah Giordano Imbroll tejbet il-rekord tagħha U14 b’ħin ta’ 3m 12.65s fit-tiġrija tal-1000m.
(Photo Credit: Victor Camilleri)