Il-bord tal-gvernaturi tal-Financial Intelligence Analysis Unit, l-FIAU, l-aġenzija Maltija kontra r-reati finanzjarji, ħatar lil Afred Zammit bħala Direttur b’effett mil-lum. Dan sar wara li ħarġet sejħa pubblika, kif indikat fil-liġi, għal dawk kollha interessati.
Fi stqarrija ngħad li applikaw ħames kandidati għal din il-pożizzjoni u wara konsiderazzjoni kbira, b’mod unanimu l-bord qabel li Zammit għandu l-kwalifiki, l-esperjenza u l-ħiliet għar-rwol ta’ Direttur tal-FIAU.
Zammit ilu impjegat mal-istess FIAU għal dawn l-aħħar 13-il sena u serva wkoll bħala Deputat Direttur, filwaqt li dan l-aħħar assuma r-rwol ta’ Aġent Direttur.