Il-President Ukren Volodymyr Zelensky ħabbar li jrid isaħħaħ il-militar tiegħu fl-offensiva kontra r-Russja b’nofs miljun persuna oħra.
Meta kien qed jindirizza lill-ġurnalisti f’konferenza tal-aħbarijiet, Zelensky qal kif din il-materja hija sensittiva ħafna u li sew tiswa miljuni ta’ flus.
Fl-istess ħin huwa żvela kif bħalissa diġà hemm mal-ħames mitt elf suldat ieħor li qed “jiddefendi lill-Ukrajna.”
Dawn il-kummenti Zelensky propju tagħhom ftit tal-jiem wara li kemm fl-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ġiet imblukkata l-għajnuna finanzjarja sabiex pajjiżu jkompli jiġġieled lir-Russja.
Ir-Repubblikani fil-Kungress Amerikan imblokkaw 60 biljun dollaru f’għajnuna militari, filwaqt li fil-Kunsill Ewropew l-Ungerija imblukkat il-pakkett ta’ 50 biljun ewro f’għajnuna.
Sadanittant, bosta rapporti internazzjonali qed juru kif wara kważi sentejn tiġġieled lill-militar Russu, li daħal bil-forza f’pajjiżha fi Frar tal-2022, l-Ukrajna għandha nuqqas kbir ta’ munizzjon.
L-istess intqal kif il-kontro-offensiva tal-Ukrajna kellha tieqaf ħesrem hekk kif kien hemm biża kbira li f’ċertu istanzi r-Russja kienet ferm aħjar mill-militar Ukren.
Ritratt: AFP