Fi Franza, l-ekonomija kibret, iżda b’rata inqas minn dak imbassar.
Dan meta l-Bank Ċentrali Franċiż niżżel l-isfel ir-reviżjoni tat-tkabbir ekonomiku għal din is-sena, bl-ekonomija din is-sena f’dan il-pajjiż mistennija tikber b’zero punt tmienja fil-mija.
Dan meta l-ekonomija Franċiża, din is-sena kienet mistennija tikber b’zero punt disgħa fil-mija.
Il-fatturi għal dan in-nuqqas kien minħabba li naqas l-investiment u anki l-konsum domestiku.
Is-sena d-dieħla, l-ekonomija Franċiża mistennija tikber b’0.9%, waqt li s-sena ta’ wara mistennija tikber b’1.3%.
Dan huwa ferm inqas minn kemm se tikber l-ekonomija Maltija, hekk kif skont l-aħħar tbassir tal-Kummissjoni Ewropea t-tkabbir ekonomiku din is-sena u fis-sentejn li ġejjin se jkun l-akbar wieħed mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea – bir-rata ta’ tkabbir ekonomiku Malti hija ta’ madwar 4%.