Il-Papa Franġisku ta permess biex is-saċerdoti jkunu jistgħu jbierku koppji tal-istess sess u koppji meqjusin “irregolari” taħt ċerti ċirkostanzi.
Dan ħareġ f’dokument uffiċjali mill-Vatikan, fi żvilupp ieħor sinifikanti għall-Knisja Kattolika taħt it-tmexxija ta’ Papa Franġisku biex jibdel prassi, li kritiċi jqisu bħala wisq antikwati.
Minkejja dan, id-dokument jagħmilha ċara li dan it-tberik m’għandux jitqies parti mir-ritwali regolari tal-Knisja jew ikunu relatati ma’ żwiġijiet jew unjonijiet ċivil u l-Knisja se tibqa’ tqis li żwieġ għandu jkun biss bejn raġel u mara.