Tmienja u għoxrin persuna ndarbu meta karozza baqgħet għaddejja fuq folla nies li kienet qed tiċċelebra l-karnival fiċ-ċentru tal-belt Amerikana, New Orleans.
L-isptar ittieħdu 21 persuna li kienu fuq il-post fil-ħin li seħħ il-każ, b’ħamsa minnhom b’kundizzjoni gravi.
Is-seba’ persuni l-oħra għażlu li ma jittieħdux l-isptar hekk kif ma ġarrbu l-ebda ġrieħi.
Sa issa qed ikun irrapurtat li m’hemmx suspetti li dan seta’ kien attakk terroristiku bħalma ġara f’Nice fi Franza u f’Berlin il-Ġermanja.