Dun Victor Grech, li għal diversi snin serva bħala Direttur tal-Caritas, ingħata l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-sena.
Ismu huwa sinonimu mal-ġlieda kontra l-vizzju tad-droga, u kien fost diversi persuni li ġew rikonuxxti waqt ċerimnoja ta’ premjazzjoni organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali.
Fost ħafna premji li ngħataw matul is-serata, Renzo De Gabriele li jmexxi l-Anzjanità Attiva, ingħata l-premju tal-Maniġer tas-Sena, filwaqt li l-premju tat-Tim tas-sena ingħata lid-Direttorat għall-Kura tad-Dimensja.
Il-President ta’ Malta George Vella, qal li l-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena huwa ċertifikat prestiġjuż li jixhed il-bżulija u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema tagħna.
Waqt li feraħ lir-rebbieħa u n-nominati kollha, il-President tkellem fuq kif ix-xogħol jgħin lill-bniedem jikber u jiżviluppa t-talenti tiegħu.
SOT
GEORGE VELLA
PRESIDENT TA’ MALTA
“Ix-xogħol jgħin lill-bniedem jikber u anka jiżviluppa t-talenti u l-kapaċitajiet tiegħu. Għalhekk aħna ngħidu li x-xogħol huwa s-salmura tal-ġisem, għaliex ħidmietna tagħtina sens aktar b’saħħtu t’identità u rwol produttiv f’kuntest soċjali aktar wiesa u anka iktar saħħa mentali stabbli.”
Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, qal li dan il-premju jirrifletti kemm, anke f’dawn iż-żminijiet ta’ intelliġenza artifiċjali u teknoloġiji diġitali, il-ħaddiem kien, għadu u jibqa’ l-pedament tas-suċċess ekonomiku Malti f’kull settur u kuntest.