Alex Batty, żagħżugħ Ingliż ta’ 17-il sena nstab sitt snin wara li ġie rrapportat nieqes.
Huwa l-aħħar li deher kien fl-2017, meta kien waqt btala fi Spanja m’ommu u nannuh.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iż-żagħżugħ instab l-Erbgħa filgħodu meta ntlemaħ jimxi viċin Toulouse, fi Franza.
In-nanna ta’ dan iż-żagħżugħ u li għandha l-kustodja taż-żagħżugħ, Susan Caruana qalet li tinsab ixxukkjata li ż-żagħżugħ instab wara dawn is-snin kollha.
Mal-Pulizija Franċiża, iż-żagħżugħ qal li kien ilu madwar sentejn fi Franza.