F’diskors isteriku mill-bidu sal-aħħar, Simon Busuttil, li għandu rwol kostituzzjonali u responsabbilitajiet u dmirijiet, illum issokta b’attakk bla preċedent fuq istituzzjonijiet ta’ pajjiżna, bħal m’huwa l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Korp tal-Pulizija biex jipprova joħloq pressjoni bla preċedent fuq il-Pulizija.
Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota li Simon Busuttil ma ddejjaq xejn juża wkoll l-inċident ta’ din il-ġimgħa fl-Imsida, li fuqha għaddejjha l-ħidma tal-Pulizija, biex jipprova jbeżża’.
Minkejja dan l-attakk baxx tal-Kap tal-Oppożizzjoni permezz ta’ diskors diviżiv u li ppersista fil-gideb fih, f’pajjiżna se tibqa’ tirrenja s-serenità.
Ikun aħjar għal Simon Busuttil li flok ikompli għaddej bil-gideb u t-tixwix iħares ħarsa madwaru u jitkellem fuq Beppe Fenech Adami li se jkun investigat mill-Europol, Toni Bezzina li llum ħareġ li jista’ jkun hemm każ ta’ frodi meta vvinta kamra biex tkun approvata l-applikazzjoni u Jason Azzopardi u l-iskandlu tal-Lowenbrau fost oħrajn.