Il-Konsulent Ewlieni tal-White House għas-Sigurtà Nazzjonali Jake Sullivan mistenni jmur Iżrael għal diskussjonijiet mal-Gvern ta’ Benjamin Netanyahu.
Rapporti fil-midja Amerikana qalu kif l-Istati Uniti se tappella lil Iżrael sabiex jimxi f’fażi oħra tal-offensiva tagħhom kontra l-Hamas f’Gaza.
L-Erbgħa, Sullivan iltaqa’ mal-Prinċep Mohammed bin Salman tas-Sawdi Arabja, fejn iddiskutew patt għall-paċi fil-Lvant Nofsani.
Il-Prim Ministru Iżraeljan ġie kkwotat jgħid li l-militar tiegħu mhux se jieqfu mill-gwerra sakemm jeqred il-Hamas.
Sadanittant, il-President Amerikan Joe Biden, li pajjiżu huwa fuq in-naħa ta’ Iżrael, pubblikament qal kif Iżrael qed jitlef is-sapport tal-pajjiżi kollha minħabba l-mod kif qed jibbumbardja lil Gaza.
L-aħħar ċifri uffiċjali qed juru kif mindu beda il-konflitt, 18,600 Palestinjan inqaltlu filwaqt li 50,000 inqatlu.