Iż-żiemel franċiż Eldorado de Ver misjuq minn Noel Baldacchino kien ir-rebbieħ tal-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza tal-President li saret fil-korsa tal-Marsa l-erbgħa wara nofs-in nhar. Il-finali kienet tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m.
Dik tal-bieraħ kienet is-56 laqgħa tal-istaġun u kienet tinkludi b’kollox disa’ tiġrijiet, kollha tat-trott.
Il-finali kienet organzzata bl-għajnuna ta’ EquestriMalta u fiha ħadu sehem tnax -il żiemel.
Kien Marcello Wibb, misjuq minn Paul Galea, li beda tajjeb ħafna u mat fil-vantaġġ quddiem Eldorado De Ver (Noel Baldacchino) u Cepage Des Ulmes (Clint Vassallo). Iżda mad-dritta finali, Marcello Wibb naqqas il-pass biex approfitta Eldorado De Ver li mar fuq quddiem u qasam il-linja finali.Marcello Wibb spiċċa t-tieni filwaqt li segwew fl-ordni Espoir D’Elphigny (Jesmar Gafa’) u Dreamer Boy (Julian Farrugia).
Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni mill-President ta’ Malta, l-E.T. Dr George Vella lis-sewwieq Noel Baldacchino u lis-sid Nathan Mifsud fil-preżenza tal-Ministru għall-iSport Clifton Grima.