San Ġiljan JP Projects rebħu t-Tazza Enemed wara li, fil-logħba deċiżiva li ntlagħbet l-erbgħa fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq, huma għelbu lil Sliema Frank Salt bl-iskor ta’ 16-10.
San Ġiljan fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel żewġ sessjonijiet rispettivament 7-2 u 5-4. Sliema rebħu t-tielet sessjoni 2-0, iżda l-ġiljaniżi issiġillaw ir-rebħ tal-logħba meta rebħu l-aħħar sessjoni 4-2.
Fi tmiem il-logħba saret il-preżentazzjoni mill-Kap Eżekuttiv ta’ Enemed Kevin Chircop flimkien mal-President tal-ASA Karl Izzo lill-viċi Captain Jake Tanti.
Intant f’logħob ieħor mill-aħħar ġurnata ta’ din il-kompetizzjoni:
Neptunes 8-6 Valletta
Birzebbugia 9-10 Marsaskala
Sirens 13-6 Exiles