Il-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli ġiet rikonoxxuta bħala l-Kumpann tal-Ordni Nazzjonali tal-Meritu.
Dott Helena Dalli, figura prominenti fil-politika Maltija, serviet bħala Membru Parlamentari f’isem il-Partit Laburista mill-1996 sal-2019 meta ġiet appuntata bħala l-ewwel Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza.
Hi daħlet fil-politika f’età żgħira u meta ġiet eletta l-ewwel darba fil-Parlament fl-1996 giet appuntata Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. FI-2013 kienet appuntata Ministru u mexxiet diversi portafolli li jinkludu d-djalogu soċjali, l-affarijiet tal-konsumatur, il-libertajiet ċivili, l-affarijiet Ewropej u l-ugwaljanza.
Proponent għall-ġustizzja soċjali, Dott Dalli mexxiet riformi soċjali sinifikanti, partikolarment fil-qasam tal-ugwaljanza. Hi mexxiet riformi li indirizzaw id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tal-komunità LGBTIQ, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, strutturi biex itejbu I-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, id-dħul ta’ aktar nisa fis-suq tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-libertajiet civili.
Ta’ dan hi irciviet diversi premji internazzionali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza. Dott Dalli nediet il-process għall-introduzzioni tal-Jum Internazzjonali għan-Nisa u l-Bniet fix-Xjenza ikkommemorat min-Nazzjonijiet Magħquda fil-11 ta’ Frar.
B ‘Dottorat mill-Università ta’ Nottingham, Dott Dalli integrat il-ħsibijiet akkademici tagħha tul il-karriera politika, u kkontribwiet bħala lettur fl-Università ta’ Malta. Bhala Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza hija fasslet diversi proposti legiżlattivi tal-UE u varat ħames strateġiji tal-ugwaljanza.
II-karriera vasta ta’ Dott Dalli tankraha bħala figura influwenti kemm fil-politika nazzjonali kif ukoll dik Ewropea.