Dokumentarju televiżiv ġdid bl-isem ta ‘Slave to the Rhythm’ li jsegwi mil-viċin il-ħajja u l-avventuri tad-DJ internazzjonali Malti Tenishia bil-mira li tinspira aktar artisti lokali ikunu ta’ success, se jibda’ jixxandar fuq ONE mill-1 ta’ Jannar li ġej.
B’aċċess għal minn wara l-kwinti ta’ wħud mill-aqwa festivals fid-dinja u avventuri f’pajjiżi eżotiċi, s-serje ser tiddokumenta il-ħolm u l-ambizzjonijiet ta’ kif tifel mill-Kottonera rnexxilu jagħmila mal-aqwa mitt DJ fid-dinja għall-ħames snin wara xulxin.
Ikona tal-mużika lokali li rnexxielu jinspira ġenerazzjoni ġdida ta’ artisti u DJs lokali sforz tad-determinazzjoni stinata u l-persistenza tiegħu biex jikseb dak li kien joħlom minn meta kien għadu tifel.
Mibnija minn filmati mil-arkivji, intervisti u nvolviment ta’ ismijiet rinomati internazzjonalmment fid-dinja tal-mużika elektronika, din is-serje ser toħodna mill-festa ta’ Bormla għall-palk ta’ Tomorrowland, mid-diskoteka Reeds f’Wied il-Għajn għal uħud mill-aqwa diskoteki u ‘clubs’ fid-sinja.
‘Slave to the Rhythm’ ser juri mil-viċin il-ħajja tad-DJ internazzjjonali Malti fl-aqwa u fl-agħar mumenti ta’ ħajtu b’kuntrasti tal-ħajja ċelebri waqt it-touring internazzjonali tiegħu u l-ħajja sempliċi d-dar mal-familja tiegħu.
Ara hawn il-promozzjoni ta’ dan id-dokumentarju