Il-Gwerra bejn l-Iżrael u l-Hamas daħlet fl-għaxar ġimgħa tagħha, b’rapporti qed jgħidu li l-ġlied issa qed jinfirex minn dar għal dar.
Fil-fatt, kap ta’ sptar fin-Nofsinar ta’ Gaza qal li t-tim tiegħu tilef il-kontroll tal-għadd ta’ nies mejta u feruti. Huwa qal li huma mdawra minn tankijiet Iżraeljani u mhemmx fejn imorru.
Intant l-Istati Uniti mblukkaw riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Maqgħuda li ssejjaħ għal waqfien mill-ġlied umanitarju immedjat. Riżoluzzjoni li pajjiżna vvota favuriha
Il-Kap tal-Ġnus Maqgħuda qal li Gaza tinsab fil-punt tat-tmiem iżda l-Istati Uniti sejħu r-riżoluzzjoni bħala waħda żbilanċjata u mhux realistika.