Driving is no Different! Dan huwa l-isem tal-kampanja li Transport Malta nediet għal żmien ta’ festi, li tiffoka fuq il-perikli tas-sewqan meta individwu jkun taħt l-influwenza tal-alkoħol.
Fi stqarrija minn Transport Malta ntqal li l-għan ta’ din il-kampanja huwa li jiġu evitati l-inċidenti fit-toroq tagħna.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta Jonathan Borg enfassiza l-importanza ta’ kampanji edukattivi bħal dawn li jippromwovu s-sigurtà fit-toroq.
Borg sostna li l-kampanji tas-sigurtà fit-toroq u kampanji kontra x-xorb u s-sewqan isiru s-sena kollha, iżda f’dan l-istaġun tal-festi, irid ikollok kampanja effettiva biex flimkien ikun hemm aktar responsabbilità fit-toroq.
Din il-kampanja nazzjonali hija appoġġjata mill-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, il-Ministeru għat-Trasport u l-Ministeru għas-Saħħa.