Għada, f’Jum il-Kunċizzjoni, f’Ħal Qormi se ssir l-attività bl-isem ta’ mill-‘Ġulbiena sal-Milied’.
F’din l-attività għall-familja kollha se jkun hemm fost oħrajn, presepju ħaj, mużika, ikel u xorb tradizzjonali u kif ukoll il-proċess ta’ kif wieħed ikabbar il-ġulbiena.
Bid-dħul ta’ din l-attività huwa b’xejn u se ssir bejn is-2pm sal-10pm.
Din l-attività qed tkun organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.