L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Moody’s baxxiet ir-rating tagħha għaċ-Ċina, fejn qalet kif il-pajjiż qed jieħu deċiżjonijiet li kapaċi jpoġġu sfidi fuq it-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja.
Fil-fatt, minn rating “stabbli”, Moody’s baxxietu għal “negattiv”.
Dan l-iżvilupp seħħ ukoll f’inqas minn xahar mindu l-istess aġenzija naqqset ir-rating lill-Istati Uniti tal-Amerka.
Jirriżulta li terz tal-pajjiżi raw ir-rating tagħhom jitbaxxa fl-aħħar sena u nofs, bil-maqlub ta’ Malta.