Illum is-7 ta’ Diċembru jagħlaq għeluq sninu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela.
Bħal-lum 46 sena, iġifieri fl-1977, twieled Robert Abela u hu iben l-President Emeritu George u martu Margaret.
Robert Abela studja l-liġi fl-Università ta’ Malta, fejn gradwa fl-2002. Fil-kors tal-liġi huwa ltaqa’ ma’ martu Lydia, fejn iżżewġu fl-2008.
Minn dan iż-żwieġ, Robert u Lydia kellhom tifla, lil Giorgia Mae.
Dr Robert Abela daħal fil-politika fl-2017 u ġie elett fl-elezzjoni ġenerali ta’ din is-sena mis-sitt distrett.
F’Jannar tal-2020, Robert Abela ġie elett bħala Mexxej tal-Partit Laburista u sussegwentament sar Prim Ministru ta’ Malta.
F’Marzu tas-sena l-oħra, Dr Abela mexxa l-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali tal-2022, fejn kiseb l-akbar maġġoranza li qatt ġab partit politiku f’Malta minn kemm pajjiżna ilu indipendenti.
F’isem ONE nawguraw l-isbaħ xewqat lill-Prim Ministru Robert Abela f’għeluq sninu.