Tliet persuni qed isofru minn ġrieħi wara li karozza saqet għal fuqhom f’Heidelberg, il-Ġermanja.
Ir-raġel li saq fuq dawn in-nies kien armat ukoll b’sikkina. Il-Pulizija sparat fuq ir-raġel hekk fl-operazzjoni biex dan ir-raġel jiġi arrestat wara li prova jaħrab minn fuq il-post u sofra minn xi ġrieħi.
Il-ħsieb wara dan l-attakk għadu mhux magħruf, iżda mill-ewwel stħarriġ ma jirriżultax li dan kien attakk terroristiku.
Il-biża wara l-attakk mill-Istat Iżlamiku f’Berlin li ħalla tnax-il persuna mejta, wara li trakk saq fuq in-nies f’suq tal-Milied baqgħet hemm u l-Pulizija qed ikunu fuq allert massimu.
Il-karozza li kien qed isuq ir-raġel kienet mikrija. Wara li saq fuq iż-żona pedonali huwa prova jaħrab u inqabad mill-Pulizija ftit tal-ħin wara. Midja lokali qed tallega li dan ir-raġel jbagħti minn problema ta’ saħħa mentali iżda l-Pulizija ma kkonfermatx dawn l-allegazzjonijiet.