Ftit tas-sigħat ilu tħabbret il-mewt ta’ Nenu Buhagiar. Suldat tal-azzar fl-istorja tal-Partit Laburista. Wieħed mill-eqdem veterani magħruf ma’ bosta bħala pijunier għall-istess Partit.
L-aħħar tislima lil Buhagiar, se tingħata nhar it-Tnejn 27 ta’ Frar fis-14.00pm fil-Knisja Parokkjali tal-Gżira.
Fi stqarrija, l-Partit Laburista kellhu biss kliem ta’ tifħir għal wieħed mill-ewwel membri tal-Partit Laburista, persuna li mar il-ħabs għall-ideali tiegħu u stqarr li l-Partit Laburista tilef suldat tal-azzar.
Nenu Buhagiar l-aktar attiv fil-lokalità tiegħu tal-Gżira, jibqa wieħed mill-aktar persuni maħbuba minn kulħadd għax kien jgħin lil kull min kien jitlob l-għajnuna rrispettivament minn hu u ġej minn fejn ġej
Il-partit laburista fakkar lil Nenu bħala persuna li kien jgħix l-ideali li jemmen fihom kuljum fil-prattika. Hu kien dejjem leali lejn il-Partit Laburista u l-Mexxeja kollha tal-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista jibgħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familjari f’dan il-mument ta dieqa.