Il-Ġnus Magħquda qed twissi li Gaza se tispiċċa “agħar mill-infern” jekk l-operazzjoni ta’ għajnuna umanitarja mhux se titħalla titħaddem.
Qed jiġi rrappurtat kif l-militar Iżraeljan qed jieħu azzjoni ferm aggressiva kontra l-Hamas fin-Nofsinhar tal-istrixxa ta’ Gaza.
Iżrael qed jappella lill-Palestinjani sabiex jevakwaw ruħhom minn għadd ta’ żoni, hekk kif il-bumbardamenti mistennija jintensifikaw.
Il-midja internazzjonali rappurtat ukoll kif madwar mitt trakk b’għajnuna umanitarja iddaħħal f’Gaza fl-aħħar jumejn, iżda mhux qed jaslu għand dawk verament fil-bżonn minħabba l-ġlied qawwi.
Numru ta’ żoni qed jispiċċaw ukoll bla dawl u bla linja tat-telekomunikazzjoni.
Mindu beda l-konflitt bejn il-Lhud u l-Palestinjani s’issa mietu aktar minn 15,800 Palestinjan, li aktar minn 6,000 huma tfal.
Ritratt – AFP