Tifel ta’ 7 snin jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fi Triq il-Baċir, Raħal Ġdid, ilbieraħ filgħaxija.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara ta’ 51 sena u toqgħod Ħaż-Żabbar, kienet qiegħda ssuq vettura, tilfet il-kontroll u ħabtet ma’ trailer li kien ipparkjat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-karozza mal-mara, kien hemm ukoll tifel ta’ 7 snin.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittmi l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.
Aktar tard, it-tifel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li lkundizzjoni tal-mara għadha pendenti.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.