Ilbieraħ filgħaxija, mara li kienet fl-aħħar mumenti tat-tqala tagħha, ma laħqitx waslet l-Isptar Mater Dei għall-ħlas u minflok marret fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid, fejn spiċċat welldet fl-entratura ta’ dan iċ-ċentru.
Minn informazzjoni li waslet għand one.com.mt jirriżulta li l-mara ġiet mgħejjuna mill-professjonisti mediċi f’dan iċ-Ċentru u t-tarbija twieldet tard filgħaxija, u tinsab qawwija u sħiħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
ONE News jawgura lil din l-omm ġdida f’dan il-vjaġġ matern tagħha.