Ħaddiem jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari.
Il-każ seħħ aktar kmieni llum għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Carlo Mancè fil-Gżira.
Irriżulta li l-vittma, Sirjan ta’ sebgħa u għoxrin sena, waqa’ għal isfel waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ma’ faċċata.
Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Dwar il-każ hemm inkjesta Maġisterjali u l-Pulizija u uffiċjali tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, għaddejjin bl-investigazzjonijiet.