Hekk kif f’dawn il-jiem qed niċċelebraw il-Karnival, il-kompetizzjoni ta’ min hu liebes l-iżjed kostum sabiħ u oriġinali ma tonqosx.
Kompetizzjoni li ħafna drabi tkun bejn it-tfal u anke xi kultant bejn l-adulti, iżda din is-sena fil-Belt Valletta jaf tiltaqa’ ukoll ma’ xi kelb eroj jew ma xi qattusa prinċipessa.
Jidher li wara li saret moda li wieħed jixtri l-ħwejjeġ għall-annimali tiegħu, ma setax jonqos li jixtrilu kostum li jiġbed l-attenzjoni kull fejn imur.
Dawn huma uħud mill-klieb li f’dawn il-jiem inbiddlu f’karattri differenti: