Vapur militari Amerikan ġie attakkat fil-Baħar Aħmar, li jinsab bejn l-Eġittu u s-Sawdi Arabja, skont rapporti maħruġa mill-Pentagon.
Dan wara li l-Aġenzija għall-Kummerċ Marittimu tar-Renju Unit qalet li rċiviet rapporti ta’ attakk bid-drone, fil-Baħar Aħmar, fil-kanal ta’ Bab al-Mandab.
Aktar kmieni, ġie rraportat li dan l-attakk, oriġina mill-Yemen.
Minn meta bdiet il-gwerra bejn l-Iżrael u l-grupp Hamas, diversi attakki ddominaw l-ibħra fil-Lvant Nofsani.
Ix-xahar li għadda, grupp affiljat ma’ Iżrael, ġie maħtuf minn militanti tal-grupp Houthi.
Dan il-grupp attakka lil Iżrael permezz tal-missili, filwaqt li wiegħed li se jagħmel aktar attakki.