University of Malta ACJ Group telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Enemed Women’s Futsal League meta għelbu lill-isfidanti għat-titlu Lija Athletics A 4-1. Din kienet l-ewwel telfa li sofrew dawn tal-aħħar wara żewġ rebħiet konsekuttivi.
L-Universitarji kienu determinati ħafna li joħorġu bir-rebħ minn din ir-raba’ ħarġa tagħhom u stabilixxew vantaġġ doppju sa tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima huma amministraw il-logħba sabiex kisbu tliet punti importanti u b’hekk laħqu lill-istess Lija u Mtarfa fl-ewwel post. Joelma Alves kienet awtriċi ta’ tripletta filwaqt li Luanda Cabral żiedet ieħor għall-Universitarji. Ruth Steer Cheetham naqset il-marġni tal-iskor għal Lija. Referees kienu Luca Formosa u Stefania Bonnici.
Swieqi United telgħu fit-tieni post tal-klassifika daqs Lija Athletics B meta ftit sabu diffikulta’ sabiex rebħu lil Parr Mela Rocket Futsal 4-1. It-tim minn Swieqi kellu logħba ferm pożittiva fejn ħasad lill-avversarji bl-attakki li bdew joħolqu l-plejers tagħhom. Vanessa Carneiro skorjat żewġ gowls filwaqt li Janice Spiteri u Angie Becerra żiedu aktar gowls għal Swieqi. Isabella Otero skorjat l-uniku gowl għal Parr Mela Rocket Futsal.
KLASSIFIKA – ENEMED WOMEN’S FUTSAL LEAGUE – Mtarfa Futsal, University of Malta ACJ Group , Lija Athletics A 7, Swieqi United Futsal , Lija Athletics B 6, Santa Margerita AFC Futsal 1, Parr Mela Rockets FC Futsal 0