Fl-2021, Malta rreġistrat l-inqas emissjonijiet minn fost l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ li Malta għandha rata ta’ 7.5 tunnellati għal kull persuna impjegata.
Iċ-ċifri ta’ pajjiżna huma ferm inqas minn dawk tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, hekk kif il-medja Ewropea kienet ta’ kważi erbatax-il tunnellata għal kull impjegat.
Minn din l-istatistika ħareġ li l-aktar pajjiżi li rreġistraw emissjonijiet kienu l-Irlanda, il-Polonja u d-Danimarka; primarjament minħabba s-sistema tal-agrikoltura tagħhom u l-provvista tal-enerġija.
Dawn iċ-ċifri juru l-effettività tal-politika tal-Gvern Malti, li jieħu lil pajjiżna lejn aktar enerġija rinovabbli u anki bi proġett rinnovabbli ’l barra mill-kosta Maltija, li tuża elementi naturali bħar-riħ.