Dal-lejl, kawża ta’ ħafna borra, l-Ajruport ta’ Munich għalaq. Kawża ta’ hekk, it-titjira KM309 minn Munich għal Malta m’operatx fejn l-ajruplan bħalissa qed jinżamm fl-Ajruport ta’ Munich fejn qed jistenna l-ajruport jerġa’ jiftaħ.
Kawża tal-kundizzjonijiet tat-temp u l-inżul ta’ borra, l-Ajruport ta’ Munich mhux se jkun qed jopera u se jibqa’ magħluq sal-lejla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kawża ta’ hekk ġew ikknċellati t-titjiriet KM306/307/308/309 bejn Malta u Munich li kellhom jitilqu llum.
Għalissa l-linji tal-ajru qed jistennew aktar dettalji b’rabta ma’ titjiriet ippjanati biex joperaw nhar it-3 ta’ Diċembru.