Hekk kif bdejna Diċembru, l-programm tas-Sibt filgħaxija, Arani Issa ser iħejji programmi mimli emozzjonijiet sabiex flimkien nersqu biex niċċelebraw il-valuri sbieħ li aħna bħala Maltin inħaddnu f’dan ix-xahar tant mistenni. Huwa għalhekk li din il-ġimgħa se naraw stejjer li huma ferm emozzjonanti daqs u aktar mis-soltu.
Is-Sibt 2 ta’ Diċembru, naraw għaliex Joseph u t-tim tiegħu għażlu lit-tifla ta’ Netta, din il-mara xlukkajra tant ħelwa u kuraġġjuża? Il-programm se jlaqqana’ mal-istorja ta’ Jesslin, storja li bilkemm titwemmen, storja ta’ żgħażugħa li f’ħajjitha kellha taffaċċa tant sfidi.
Arani Issa, din il-ġimgħa jistieden lis-segwaċi tiegħu għall-kliem sabiħ ta’ Patri Mario Attard u l-esperjenzi tiegħu ġewwa s-swali tal-Onkologija, esperjenzi li ser iħallukom mimlija ferħ u serenita, dehen ta’ programm li jħaddan l-ispirtu veru tas-solidarjetà Maltija fl-aqwa tagħha.
Arani Issa jixxandar is-Sibt fit-8:35pm b’repetizzjoni il-Ħadd fis-1:35pm