Il-klabb tal-Boċċi ta’ Msida rebħu rebħu t-trofew tal-Anġlu meta fil-finali tal-kompetizzjoni Knock Out 3X3, il-Ġimgħa filgħaxija, huma għelbu lil St Peter’s Żabbar bl-iskor ta’ 21-13.
Il-finali intlagħbet fil-pitch taż-Żejtun quddiem pubbliku numeruż.
Għal Msida dan kien il-ħames unur mirbuħ minnhom dan l-istaġun hekk kif rebħu wkoll it-Tazza tal-40 Anniversarju, iċ-Charity Cup, il-kompetizzjoni 1X1 permezz ta’ Joseph Tabone flimkieni mal-kompetizzjonijiKO 2X2.
Il-finali bdiet b’mod bilanċjat tant li St Peter’s Żabbar kienu qed igawdu vantaġġ ta’ 12-9. Iżda fit-tieni parti tal-logħba Msida dawru r-riżultat favur tagħhom biex finalment ħarġu rebbieħa 21-13.
Il-finali kienet ikkontrollata mir-referee Dillon Abela assitiet minn Stefan Fardell.
Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni mill-President tal-Federazzjoni Boċċi Clinton Saliba.