Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) ospita l-20 edizzjoni tal-Gala Sports Awards annwali tiegħu, b’lejla ddedikata lejn ċelebrazzjoni ta’ suċċess sportiv.
Dan l-avveniment annwali jiġbor flimkien l-aqwa atleti ta’ Malta li ġew onorati għall-kisbiet eċċellenti tagħhom fix-xena sportiva internazzjonali. Din is-sena kienet partikolarment speċjali minħabba s-suċċess li kisbet Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li ġew ospitati f’Malta f’Ġunju fejn Malta kisbet l-ogħla ammont ta’ midalji sa issa.
Din is-sena għandha sinifikat uniku, msaħħa mis-suċċess notevoli ta’ Malta fil-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa, li saru f’Malta f’Ġunju. Dan l-avveniment storiku mhux biss wera l-ħila atletika ta’ Malta iżda pproduċa għal Malta għall-ogħla għadd ta’ midalji li qatt kellha.
Il-Kumitat Olimpiku Malti evalwa bir-reqqa n-nominazzjonijiet kollha li waslu permezz ta’ struttura ta’ kriterji li għadha kif ġiet introdotta. Il-bidliet tfasslu biex jirriflettu, b’mod aktar xieraq, in-natura tar-riżultat tal-kompetizzjoni nominat ta’ kull atleta, u jiżguraw li r-rikonoxximent mogħti mhux biss ikun mistħoqq iżda wkoll imfassal għall-kisbiet uniċi miksuba fl-istadju kbir tal-kompetizzjoni internazzjonali. Bħala riżultat, 56 atleta u tim ġew ippreżentati bi premju.
L-ogħla unur tas-serata, il-Gold Award, ġie ppreżentat lil Clayton Castaldi, li niżżwl ismu fl-istorja fil-logħba tal-pool f’Malta meta kien inkurunat champion tad-dinja wara li rebaħ fil-finali tat-turnament tas-singles li ntlagħbet f’Agadir, il-Marokk. Castaldi kien l-ewwel plejer Malti li kiseb t-titlu mondjali fil-kompetizzjoni tas-singles.
Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa
Is-serata rat ukoll it-tqassim ta’ bonuses finanzjarji lir-rebbieħa tal-midalji fil-Logħob li ttella’ f’Malta aktar kmieni din is-sena. Kienet deċiżjoni unanima li jiġu ppreżentati dawn il-bonuses waqt il-Gala Sports Awards, u li ttieħdet b’kollaborazzjoni mal-Federazzjonijiet Nazzjonali u l-atleti kkonċernati aktar kmieni din is-sena. Ir-rebbieħa kollha tal-Midalja tal-GSSE ġew ippreżentati wkoll b’tifkira speċjali li tenfasizza l-kisba tagħhom fil-Logħob.
Id-Deputat President tal-KOM, Paul Sultana irrimarka li “l-20 Edizzjoni tal-MOC Gala Sports Awards tenfasizza l-fatt li l-atleti Maltin ħaddnu spirtu kompetittiv, li jmur lil hinn mis-sempliċi parteċipazzjoni. Dan iservi bħala motivazzjoni, li jispira dedikazzjoni u sforz akbar. Iċ-ċelebrazzjoni tal-lum hija eżempju ewlieni tar-riżultati pożittivi li joħorġu minn din il-mentalità”
Hall of Fame
Il-Kumitat Olimpiku Malti introduċa żewġ figuri prominenti tal-isport Malti, Robert Ebejer u Jack Schiavone, fil-Hall of Fame. Dan ir-rikonoxximent huwa mogħti lil dawk l-atleti, uffiċjali, amministraturi u ġurnalisti sportivi li fix-xogħol tagħhom stinkaw u ħadmu biex ixerrdu l-ispirtu tal-ideali Olimpiċi.
Robert Ebejer għandu karriera illustri f’ismu. Eks president tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akwatiku ta’ Malta, għal 17-il sena kien elett ukoll bħala Membru tal-Bureau tal-LEN. Fl-2003 rebaħ il-Premju Uffiċjali tas-Sena mill-Għaqda Kittieba Sports u fl-2012 ġie rikonoxxut minn SportMalta għall-kontribut tiegħu fl-isport Malti. L-isforzi tiegħu raw lil Malta tospita l-Kampjonati Ewropej tal-Għawm u d-Diving li raw lil Malta tilqa’ aktar minn 1000 parteċipant minn 28 pajjiż. Għadu attiv ħafna fix-xena lokali, huwa President Onorarju tal-ASA u membru Onorarju tal-LEN.
It-tieni membru tal-Hall of Fame għas-serata kien il-mibki ċiklist Jack Schiavone. Iċ-ċikliżmu kien parti enormi u essenzjali mill-ħajja tiegħu. Darbtejn “National Road Champion” 1999 u 2002 u darbtejn iċ-champion nazzjonali tat-Time Trial fl-2003 u l-2004. Jack irrappreżenta lil Malta f’diversi kompetizzjonijiet internazzjonali, fosthom, il-Logħob tal-Mediterran, il-Logħob tal-Commonwealth, kif ukoll diversi Logħob tal-Istati ż-Żgħar ta’ Ewropa. Iktar reċentement lesta tliet triathlons tal-Ironman u l-maratona brutali Marathon des Sables. Figura rispettata ħafna fil-komunità taċ-ċikliżmu ta’ kontributi siewja biex jgħin liċ-ċiklisti żgħażagħ jikbru, jiżviluppaw u javvanzaw f’dan l-isport.
“Illejla qed niċċelebraw l-unuri sportivi ta’ pajjiżna. Ninsab kburi immens li nara tant kisbiet jiġu rikonoxxuti llum. Dawn l-atleti sawru triq ta ‘eċċellenza permezz tad-dedikazzjoni u l-impenn bla waqfien tagħhom. Għal dan nirringrazzjahom imma nixtieq ukoll nixtieq nirringrazzja partikolarment lill-Gvern, n-National Development and Social Fund, l-Kumitati Olimpiċi Ewropej, talli taw l-appoġġ finanzjarju kruċjali tagħhom, xhieda tat-twemmin tagħhom fil-potenzjal tal-atleti tagħna.Din is-sena, sena partikolarment speċjali għall-isport Malti, rat entitajiet bħall-Kumitat Olimpiku Malti, SportMalta u l-Gvern jaħdmu flimkien għall-ġid tal-isport u li għalih dawn ir-riżultati saru possibbli” faħħar il-President tal-KOM Julian Pace Bonello.
Il-Kumitat Olimpiku Malti jesprimi l-gratitudni tiegħu lejn id-diversi organizzazzjonijiet u entitajiet li wrew l-appoġġ tagħhom matul is-sena, SportMalta, NDSF, Olympic Solidarity, European Olympic Committees, BOV, Enemed, Full Marks, Go, GSD, Heartbeat Clinic, Malta International Airport, MITA, National Lottery, Planet Physio, Saint James Hospital, Sterling Jewellers, VisitMalta, Welbee’s Supermarket, The Concept Stadium, Toyota, Vini e Capricci.
Rebbieħa
Clayton Castaldi (Pool)
Silver Award
Sue Abela (Bowling), Under 18 Team (Pool), Scott Muscat (Pool), Katrina Micallef (Ibburdjar), Richard Schultheis (Ibburdjar), Marlon Attard (Sparar)
Bronze Award
U/18 National Team Women (Basketball), Lazam Abras (Body Building & Fitness)
Cynthia Frendo Duca (Bowling), Kayden Lagana (Bowling), Mauro Anastasi (Bowling), Tim tal-Irġiel (Golf), Dejan Grech (Pool), Tim tal-Irgiel (Pool), Team U23 (Pool), Team Elusive (Ibburdjar) Gianluca Chetcuti (Sparar), Tim Malta Open (Table Football), Kim Camilleri Lagana (Weightlifting), Rylee Borg (Weightlifting), Tenishia Thornton (Weightlifting), Women’s Team (Weightlifting)
Special Award
Senior Waterpolo Team (Men) (Swimming),
U15 MEN WATERPOLO National Team (Swimming), U17 WOMEN WATERPOLO National Team (Swimming), U17 MEN WATERPOLO National Team (Swimming), Thea Parnis Coleiro (Athletics), Roderick Theuma (Body Building and Fitness), Isaac Bezzina (Judo), Katryna Esposito (Judo), Thyis Antonelli (Karate), Team Malta (Malta Racing Club), Nordai Desira (Pool), Steven Muscat (Pool), Tonio Mifsud (Pool), Team +60 (Pool), Benjamin Vassallo (Sailing), Colette Sultana (Squash), Lijana Sultana (Squash), Alycia Cassar (Taekwondo), Michela Scerri (Taekwondo), Francesca Curmi (Tennis), Danica Bonello Spiteri (Triathlon) Kai Azzopardi (Triathlon) Mixed Team (Weightlifting)
Accomplishment Award
Clive Farrugia (Shooting), Thyis Antonelli (Karate), Charles Aquilina (Table-Football), Jason Pisani (Table-Football), John Zammit (Table-Football), Jurgen Balzan (Table-Football), Mark Gauci (Table-Football), Massimo Cremona (Table-Football), Samuel Bartolo (Table-Football), Team Bormla (Table-Football), Team Valletta SC (Table-Football), Team Veterans (Table-Football), Francesca Curmi (Tennis), Marlon Attard (Sparar), Kayden Lagana’ (Bowlling) Gianluca Chetcuti (Sparar), Tenishia Thornton (Weightlifting)