Hassan Angmad Anwar Aly Elnily, ta’ 26 sena u li m’għandux indirizz fis, inżamm arrestat wara li ġie mixli b’attentat ta’ serq.
L-imputat, li għandu passat ta’ serq mill-knejjes, kien arrestat mill-Pulizija meta kien fuq scaffolding. Fil-fatt, ġie suspettat li kien qed jipprova jidħol fil-Knisja tat-Trinità Mqaddsa fil-Marsa hekk kif biswit fejn instab kien hemm tieqa li dehret li tkissret b’intenzjoni. Għaldaqstant ġie akkużat b’attentat ta’ serq.
Hu wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u l-avukat tal-għajnuna legali għamel talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, liema talba ma ntlaqgħetx mill-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Abigail Critien u b’hekk inżamm arrestat.