Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) illejla se jorganizza l-20 edizzjoni tal-MOC Gala Sports Awards.
Il-Premjijiet li ser jingħataw għandhom l-għan li jirrikonoxxu u jiċċelebraw il-kisbiet eċċezzjonali tal-atleti Maltin li ddistingwew ruħhom f’kompetizzjonijiet internazzjonali ewlenin organizzati taħt l-awspiċji tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-isport tagħhom jew organizzazzjoni internazzjonali tal-isport rikonoxxuta. Il-Federazzjonijiet u l-Assoċjazzjonijiet Nazzjonali ġew mistiedna jissottomettu nominazzjonijiet għal kisbiet li saru matul il-perjodu tas-16 ta’ Ottubru 2022 u l-15 ta’ Ottubru 2023
Qabel dawn l-awards, se jsir ukoll it-tqassim ta’ bonuses finanzjarji lir-rebbieħa tal-midalji fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li ttella’ f’Malta aktar kmieni din is-sena. Id-deċiżjoni li dawn il-bonuses jiġu ppreżentati waqt il-Gala Sports Awards ittieħdet b’kollaborazzjoni mal-Federazzjonijiet Nazzjonali u kkonċernaw l-atleti aktar kmieni f’Novembru u li unanimament qablu li dan kien l-aktar żmien xieraq biex jiġu ċċelebrati kisbiet bħal dawn.
L-20 Edizzjoni tal-MOC Gala Sports Awards tibda fit-8 ta’ filgħaxija.