Raġel ta’ 43 sena mir-Rabat, sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar żewġ sulari minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’mużew li jinsab fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa u nofs. Minnufih intalbet l-assistenza u fuq il-post waslu l-Pulizija flimkien ma’ tim mediku u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Wara l-ħaddiem ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.